Sport Sport Ieħor

Ir-rebbieħa l-Kroazja fl-ewwel grupp fil-polza tal-fażi finali

(Ritratt: EPA)

Ir-rebbieħa tat-Tazza Davis il-Kroazja jinsabu seeded għall-fażi finali mibdula għal 18-il tim li se ssir f’Novembru fil-kapitali Spanjola Madrid. Il-finalisti tas-sena l-oħra Franza ntgħażlu bħala l-aktar seed għoli, filwaqt li l-Belġju u l-Istati Uniti kienu seeded flimkien mal-Gran Britannja u l-Arġentina.

Is-sitt nazzjonijiet se jokkupaw l-ewwel postijiet minn Gruppi A sa F meta l-poloz għall-fażi finali li ddum ġimgħa, jitilgħu f’Madrid fl-14 ta’ Frar.

In-nazzjonijiet seeded huma bbażat fuq ir-ranking attwali, bin-nazzjonijiet li għandhom ir-ranking minn 7 sa 12 jinsabu fit-tieni grupp fil-polza. Dawn huma Spanja, is-Serbja, l-Awstralja, l-Italja, il-Ġermanja u l-Kazakhstan. Il-kumplament tan-nazzjonijiet li huma l-Kanada, il-Ġappun, il-Kolombja, l-Olanda, ir-Russja u ċ-Ċili se jkunu fit-tielet grupp tal-polza.

Ir-rebbieħa ta’ kull grupp javvanzaw għall-fażi tan-knock-out flimkien ma’ żewġ nazzjonijiet li jispiċċaw it-tieni u jkollhom l-aħjar persentaġġ mirbuħa ta’ sets, logħbiet u punti.

Tags