– Therese Comodini Cachia, PN
Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qalet li ħafna mill-attivitajiet li saru f’Valletta 18 kienu ikkuppjati minn pajjiżi barranin jew kienu diġà saru f’Malta. Minkejja l-budget tal-Fondazzjoni, din talbet budget ta’ €3 miljuni għax kellha bżonn iktar fondi biex tkopri l-attivitajiet.
Fil-parlament hi qalet li ntefqu €40,000 fuq xorb u alkaħol u Jason Micallef qed jippretendi ‘l fuq minn €3 miljuni biex ikun jista’ jkopri dak li diġà wettaq. Jason Micallef ma kellux pjan għal Valletta 18 u x’żied mal-attiviatjiet li konna diġà mwiegħda, staqsiet id-deputat Nazzjonalista.
Id-deputat Nazzjonalista staqsiet x’ħadu l-artisti minn dawn it-€3 miljuni. Il-budget orġinali li ngħata Jason Micallef kien €7 miljuni. Ma kien hemm l-ebda sejħa mill-Gvern biex jingħażel Jason Micallef bħala Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 18. Fis-servizzi kuntrattwali l-Ministeru tal-Kultura nefaq id-doppju tal-budget li kellu biex jonfoq. Dwar is-servizzi professjonali, l-Ministru kellu 155,000 u talab ammont addizzjonali ta’ €155,000 oħra f’ammont addizzjonali mitlub. Dawn huma ammonti mifnuq s-sena li għaddiet merta l-Ministru kien jaf x’budget kellu. Il-Ministru tal-Kultura għandu jispjega lill-poplu għaliex talab dawn iż-żidiet.
Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar il-budget għall-2019 u qalet li fis-salarji u l-pagi tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Kultura jirriżulta li l-ammont ta’ din is-sena hemm żieda ta’ €1 fuq is-sena li għaddiet waqt li fuq il-budget tal-2017 iż-żeida hi ta’ €9 miljuni. Il-Ministru tal-Kultura għandu jispjega dan iż-żidiet.
Dwar il-wirt ta’ taħt il-baħar, Comodini Cachia qalet li l-unit li se tieħu ħsib dan is-settur se jkollha budget minimu ta’ €300,000. Hi staqsiet jekk hemmx pjan f’dan is-settur u kkritikat ix-xiri tal-pittura tal-artist Patrick Dalli, ir-aġel tal-Ministru Helena Dalli li nxtrat għal €15,000. Il-budget għall-bandisti u l-baned ma tantx żdied. Jidher li Jason Micallef se jkun qed imexxi l-Valletta Cultural Agency, għalkemm mhux magħruf kif din l-aġenzija se taħdem mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Din l-Aġenzija għandha budget ta’ iktar minn €3 miljuni.
Hi semmiet il-MUŻA u qalet li m’hemm l-ebda budget għall-MUŻA għaliex il-gvern jibża jagħti l-indipendenza lill-MUŻA bħala mużew modern. Il-Gvern qed iżommha sottomoessa għall-aġenzija governattiva kulturali, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li apellat biex dan il-mużew jingħata l-indipendenza kulturali.
//= $special ?>