– Jason Azzopardi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-Gvern Laburista ħoloq kriżi ta’ korruzzjoni istituzzjonalizzata fil-pajjiż.
Fl-Aġġornament tal-parlament, Jason Azzopardi qal li meta kien fl-Oppożizzjoni l-PL kien qed iħejji għall-korruzzjoni tant li nfetħu tliet kumpaniji sigrieti. Mill-Oppożizzjoni l-PL dejjem ried riżenji anki meta l-każi jkunu jikkonċernaw affarijiet żgħar.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Labour inqela’ b’żejtu għaliex issa fl-aħħar sena l-PL kompla jgħodos fil-korruzzjoni u waqqa’ lil Malta sal-51 post. Il-gvern Laburista hu iktar korrott mir-Rwanda, l-Baħamas u l-Botswana. Dan riżultat ta’ skandli kbar fost l-ogħla nes tal-poter.
Transperancy International semmiet lil Malta u l-kumpanija sigrieta fil-Panama, l-bejgħ tal-passaporti Ewropej, il-bank Pilatus, il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u kkwotat ukoll il-Kummissjoni Venezja li wriet kif il-liġi mhix l-istess għal kulħadd.
Dan hu l-aktar gvern korrott fejn hemm min hu fil-poter li qed idaħħal €5,000 kuljum. Il-Kummissarju tal-Liġijiet tal-pajjiż Franco Debono – appuntat mill-Prim Ministru – issa kiteb li Egrant hi tal-Prim Ministru jew ta’ xi ħadd qribu. Issa Franco Debono kiteb li għandna l-iktar Prim Ministru korrott fl-istorja ta’ Malta. Huma stess qalu li kienu nqabdu li se jdaħħlu €65 miljun; kif jgħid u sab l-Awditur Ġenerali. Il-power stations saret għalxejn!
Hu semma’ l-kwistjoni tal-VITALS, li ħarbet b’€50 miljun u qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jiddefendi l-interess nazzjonali biex l-isptarijiet jerġgħu jingħataw lill-poplu. Jason Azzopardi kkritika lill-Gvern Laburista għall-mod kif qed jgħaddi l-art f’Pemborke lill-Corinthia u qal li l-gvern suppost li hu marbut bil-pjan lokali li fuq kollox hu liġi.
Jason Azzopardi insista li għandu jinħoloq il-kunċett ta’ Maġistrat Inkwerenti appuntat mill-President ta’ Malta u qal li l-korruzzjoni fil-pajjiż mhux iġġib l-unità nazzjonali. Hu qal li l-pajjiż għandu kriżi ta’ korruzzjoni istitzzjonalizzata u sostna l-korruzzjoni hi taxxa inġusta.
//= $special ?>