“Twal. U qed ikomplu jitwalu”. Hekk iddeskriva il-waiting lists tal-Outpatients fl-isptar Mater Dei, rapport tal-Kummissjoni Ewropea , liema rapport sab li ż-żmien medju ta’ stennija għal appuntament fid-dipartiment tal-Outptients fl-isptar tagħna huwa ta’ iktar minn 9 xhur.
Ir-rapport ikompli jgħid li l-istennija għal appuntament fi 18-il dipartiment huwa ta’ madwar 10 xhur qabel ma jingħata l-ewwel appuntament għall-Outpatients.
Is-sitwazzjoni mhix aħjar f’dawk li huma waiting lists għal operazzjonijiet jew interventi oħra, fejn iż-żmien ta’ stennija jaqbeż il-mitejn jum.
Dan kollu jikkuntrasta bil-goff il-ħafna wegħdiet li kien għamel Muscat 7 snin ilu meta kien fl-Oppożizzjoni meta qal li jeħtieġ sptar li jagħti servizz tajjeb u fil-ħin.
Dan ir-rapport jasal wara li fl-aħħar ġimgħat l-isptar iffaċċja kriżi li ssarfet fil-ħolqien ta’ wards ġodda f’kurituri, b’sodod bil-pazjenti jmissu ma’ xulxin u b’nuqqas ta’ faċilitajiet privati – sitwazzjoni li ma għenet xejn fit-trażżin ta’ tixrid ta’ mard u infezzjonijet.
Ir-rapport isemmi wkoll il-fatt li ħafna jagħżlu li jmorru għand speċjalisti privati qabel ma jmorru l-isptar biex b’hekk iħaffu l-proċess tagħhom, iżda jgħid ukoll li dan joħloq diffikultajiet għall-anjani, pensjonanti u dawk bi dħul baxx li ma jifilħux iħallsu għal servizz privat u għaldaqstant jaqgħu lura ħdejn ħaddieħor.
Il-Gvern ta’ Muscat fl-aħħar snin daħal f’kontroversji kbar fil-qasam tas-saħħa….l-ewwel bil-bejgħ ta’ tlett sptarijiet lill-kumpanija Vitals…kumpanija bla ebda bażi jew għarfien fil-qasam mediku….u li ingħataw 50 miljun biex jieħdu f’idejhom dawn l-isptarijet….
imbagħad bit-trasferiment ta’ dawn l-istess sptarijiet tagħna lill Steward Healthcare għal Ewro wieħed biss… u mbagħad bil-kxif tal-iskandlu Technoline.. Kumpanija waħda li ingħatat kuntratt għax-xiri tal-apparat għal dawn l-istess sptarijiet.
Ir-rapport jgħid ukoll li l-infiq li jsir mill-Gvern Malti fil-qasam tas-saħħa ras għal ras għadu ferm anqas mill-medja tal-pajjiżi Ewropej.
//= $special ?>