Wara t-telfa li Balzan kellhom kontra Senglea Athletic fil-Kampjonat Premier il-Ġimgħa, il-Ħadd filgħaxija ħarġet l-aħbar li Marco Micovic tneħħa minn kowċ tal-klabb. Balzan bħalissa jinsabu fis-sitt post b’27 punt, għaxra bogħod mill-quċċata u għalhekk maqtugħa mit-taqtigħa għar-rebħ tal-kampjonat.
Micovic kien sar kowċ ta’ Balzan fil-bidu tal-istaġun li għadda u fl-ewwel staġun kien qrib li jirbaħ il-kampjonat wara li sa qabel l-aħħar logħba, huma kienu punti ndaqs ma’ Valletta. Iżda fl-aħħar konfront tal-kampjonat, Balzan tilfu kontra Hibernians filwaqt li Valletta rebħu kontra Gżira United. Ftit jiem wara, Balzan kienu eliminati minn Valletta fis-semifinali tal-FA Trophy.
Matul dan l-istaġun fl-Europa League, Balzan eliminaw lil Kesla tal-Ażerbajġan filwaqt li għelbu lil Slovan Bratislava fit-tieni rawnd u kienu qrib ħafna li jikkwalifikaw. Balzan għadhom fl-FA Trophy f’dan l-istaġun.
//= $special ?>