Sport Sport Ieħor

New England Patriots jirbħu s-Super Bowl għas-sitt darba

(Ritratt: EPA)

Fil-lejl bejn il-Ħadd u lbieraħ ħin ta’ Malta, fl-Istati Uniti ntlagħab l-akbar avveniment sportiv tas-sena fil-pajjiż li hi l-finali tat-53 edizzjoni tas-Super Bowl.

The New England Patriots għelbu lil Los Angeles Rams 13-3 wara prestazzjoni difensiva mill-aqwa, f’logħba li ntlagħbet fl-istadium modern Mercedes-Benz Arena f’Atlanta. Dan kien is-sitt titlu tas-Super Bowl għal Patriots u b’hekk laħqu r-rekord ta’ Pittsburgh Steeles, f’dik li kienet it-tielet rebħa fl-aħħar ħames snin.

Minbarra li kisbu s-sitt rebaħ, din il-kisba kienet ukoll rekord għall-aqwa plejer tagħhom Tom Brady li fl-età ta’ 41 sena sar ukoll l-ixjaħ quarter-back li rebaħ dan il-kampjonat. Il-kowċ ta’ New England Patriots Bill Belichick sar l-ixjaħ kowċ li rebaħ dan l-unur fl-età ta’ 66 sena.

Bħal kull sena, fil-ħin tal-mistrieħ tal-finali fost ħafna polemika, kantaw il-grupp Maroon 5 flimkien mar-rapper Travis Scott.