Ambjent Internazzjonali Temp

Numru ta’ Maltin maqbuda fil-monsoon fi Queensland

L-għargħar li qed jolqot il-Grigal tal-Istat Awstraljan ta’ Queensland qed jiġi deskritt bħala xi ħaġa li tiġri darba f’Seklu.

L-agħar li ntlaqtet hi l-belt ta’ Townsville fejn f’ġimgħa niżlet metru xita….aktar minn 20 darba l-medja għal dan iż-żmien tas-sena. Minħabba l-ammont ta’ ilma li hemm, l-awtoritajiet kellhom ukoll jiftħu diga… bil-konsegwenza li diversi zoni ohra ta’ Townsville spiccaw mgħarqa wkoll.

Net News hu infurmat illi numru kbir ta’ Maltin gew affetwati minn dan il-monsoon. Uhud minnhom sahansitra tilfu djarhom. Fost dawn insibu lill-Maltija Ilona Morgan Dougall, li flimkien mal-familja tagħha jgħixu f’Rosslea ġo Townsville.

Missierha, John B. Dougall, tkellem ma’ netnews.com.mt dwar kif il-familja ta’ bintu ntlaqtu mill-għargħar, partikolarment max-xatt tax-Xmara Ross fejn jgħixu, u dwar il-biża’ li seta’ ġralhom xi ħaġa serja.

Il-periklu f’din iz-zona fejn jghixu hafna Maltin jmur lil hinn mill-ilmijiet u t-temp, għaliex in-nies huma esposti ukoll għall-problemi oħra.

B’kuntrast, ix-xahar ta’ Jannar li għadu kemm spicca tniżżel fl-istorja bħala l-aktar wieħed sħun li qatt kien hemm fil-kontinent Awstraljan.