Ir-rapport imxandar fuq is-sit elettroniku u fuq il-paġna Facebook ta’ Television Malta dwar il-Corruption Perception Index 2018 li ħareġ il-ġimgħa l-oħra minn Transparency International, kien wieħed oxxen, bi ‘żbalji’ evidenti u maħsub biss biex itaffi xi ftit id-daqqa ta’ ħarta internazzjonali li qala’ l-Gvern ta’ Muscat.
Fir-rapport, pubblikat fid-29 ta’ Jannar, miktub minn Reno Bugeja, il-Kap tal-Aħbarijiet ta’ TVM, hemm mill-anqas tliet GIDBIET fundamentali:
1. Fir-rapport ta’ TVM jingħad li mill-Indiċi tas-sena l-oħra, Malta niżlet tliet postijiet. GIDBA. Waqt li fir-rapport tas-sena l-oħra Malta kienet fis-46 post, din is-sena niżlet għall-51 post, waqgħa ta’ ħames postijiet
2. Fir-rapport ta’ TVM jingħad li Malta kisbet 66 punt, li hi l-medja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Ewropa tal-Punent. GIDBA. Malta kisbet biss 54 punt waqt li l-medja tal-pajjiżi tal-UE u tal-pajjiżi tal-Ewropa tal-Punent hi ta’ 66 punt, u dik tal-UE waħedha l-medja hi ta’ 65 punt
3. Fir-rapport ta’ TVM jingħad li fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea hemm tmien pajjiżi li ġew wara Malta. GIDBA. Fil-fatt hemm seba’ pajjiżi li kklassifikaw wara Malta, u dawn huma l-Italja, is-Slovakkja, il-Kroazja, ir-Rumanija, l-Ungerija, il-Greċja u l-Bulgarija
Min jaqra r-rapport ta’ TVM malajr jinduna li hu miżgħud b’aċċenni għal xi dettalji li b’xi mod jippruvaw jagħtu l-impressjoni li dan ma kienx riżultat ‘diżastruż’ għal Malta, bħal meta jingħad li “l-ebda pajjiż mill-180 li kienu eżaminati ma kiseb ċertifikat assolut li m’għandux korruzzjoni.
● Li ma qalx TVM hu li hemm distakk enormi fil-punteġġ bejn dawk ta’ fuq u dawk medji bħal Malta. Fil-klassifika fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea biss, Spanja, il-pajjiż li ġie eżatt qabel Malta, kiseb 58 punt waqt li l-punteġġ ta’ Malta kien 54, differenza ta’ 4 punti li fi klassifika bħal din huma relattivament ħafna. Barra minn hekk, fl-Indiċi s-sħiħ tal-180 pajjiż, Spanja ġiet fil-41 post waqt li Malta ġiet għaxar postijiet wara, fil-51 post.
● Fir-rapport tiegħu, TVM falsament stqarr li b’66 punt minn 100, Malta kisbet il-punteġġ medju tal-pajjiżi tal-UE u tal-Ewropa tal-Punent. Apparti l-gidba li Malta ġabet 66 punt, meta fil-fatt ġabet 54 punt, irid jingħad li ħmistax (15) minn dawk il-pajjiżi tal-UE li ġew qabel Malta, kisbu minn 60 punt ’il fuq, b’sebgħa minnhom, saħansitra, iġibu minn 80 punt ’il fuq. Ċipru, ir-Repubblika Ċeka u l-Litwanja kisbu 5 punti aktar minn Malta, waqt li l-Latvja u Spanja, it-tnejn eżattament qabel Malta, ġabu 4 punti aktar.
● TVM qal ukoll li Transparency International poġġiet lil Malta mal-grupp ta’ pajjżi li jinkludu l-Awstralja u l-Istati Uniti fejn il-perċezzjoni tal-korruzzjoni qed tiżdied. Li ma qalx TVM hu li l-Awstralja, fil-klassifika ġenerali, tinsab fit-13-il post b’77 punt (41 post qabel Malta u bi 23 punt aktar ukoll), u l-Istati Uniti tinsab fit-22 post b’71 punt (32 post qabel Malta u 17-il punt aktar). Jiġifieri jkun falz għalkollox li tipprova ġġib lil Malta fl-istess livell tal-Awstralja u l-Istati Uniti għal dik li hi korruzzjoni.
Kien hemm kummenti oħrajn fir-rapport ta’ TVM intiżi biex jagħtu stampa ġenerali li twassal għall-konklużjoni li dan l-Indiċi ma kienx xi big deal fir-rigward tal-qagħda tal-korruzzjoni f’Malta. Biex wieħed japprezza aħjar is-sitwazzjoni preżenti ta’ Malta kif toħroġ minn dan ir-rapport, wieħed irid iżomm f’moħħu li kuntrarjament għal dak li kien jiġri fl-Indiċi tas-snin l-imgħoddija, fejn fir-rigward ta’ Malta kien jingħata r-riżultat finali mingħajr l-ebda kumment, din is-sena Transparency International ħasset li kellha tikkummenta pjuttost b’mod iebes.
Dawn li ġejjin huma, testwalment, xi wħud mill-kummenti dwar Malta li wieħed jista’ jsib fir-rapport ta’ Transparency International għal din is-sena:
● Hungary and Malta have seen the sharpest decline in their respective CPI score in recent years, allowing corruption to worsen.
● In the last 7 years, only 20 countries significantly improved their CPI score. Equally troubling, 16 countries significantly decreased their score including Australia, Chile, MALTA, Hungary and Turkey.
● With a score of 54, Malta decreased by six points over the last 3 years, moving from 60 in 2015, to 54 in 2018. This significant drop comes as no surprise more than one year after the assassination of journalist Daphne Caruana Galizia, who was killed while reporting on corruption and who posthumously received the 2018 Anti-Corruption Award.
● Malta is also embroiled in scandals involving the Panama Papers and the collapse of Pilatus Bank, as well as its Golden Visa scheme, which sells Maltese citizenship to wealthy overseas investors. In December 2018, a Council of Europe report concluded there was a serious rule of law problem in Malta’s judiciary.
Ħasra li l-indiċi ta’ Transparency International ma jkoprix ukoll ix-xandir tal-istat għaliex kieku t-tisbita kienet tkun, saħansitra, ħafna akbar.
//= $special ?>