Futbol Sport

Rebħiet minimi għal Lazio u Atalanta fis-Serie A

(Ritratt: EPA)

Lazio u Atalanta kisbu rebħiet minimi barra minn darhom biex it-tnejn telgħu b’35 punt fil-klassifika daqs Roma u punt taħt it-tim tar-raba’ post Milan.

Lazio għelbu lil Frosinone 1-0 fi Stadio Benito Stirpe. Il-gowl deċiżiv għal Lazio wasal fil-35 minuta meta Luis Alberto għadda vertikalment lejn Felipe Caicedo li daħal fil-kaxxa u b’xutt b’saħħtu sammar il-ballun wara Marco Sportiello.

Atalanta rebħu bl-istess skor kontra Cagliari fis-Sardegna Arena. Hans Hateboer skorja l-uniku gowl fil-50 minuta bi kross ta’ Timothy Castagne fil-kaxxa jsib lil Hateboer li b’daqqa ta’ ras għeleb lil Alessio Cragno. Lejn it-tmiem, Cagliari kellhom iċ-ċans li jġibu d-draw iżda d-daqqa ta’ ras ta’ Alessandro Deiola ħabtet mal-lasta.

Tags