Lokali

Tal-Freeport maħsuda wara l-qtil ta’ “Pawlu id-Devil”

Għal xi żmien kien ukoll rappreżentant tal-ħaddiema fil-Port Ħieles

“Bla kliem”. Kien dan il-messaġġ li ħareġ minn fomm l-eks kollegi ta’ Paul Anthony Formosa li kmieni dalgħodu inqatel f’distrett tas-Somalja magħruf bħala Puntland, fejn hu kien jaħdem bħala manager ta’ port.

Formosa, magħruf fost sħabu bħala “id-Devil”, għamel snin twal jaħdem il-Freeport, u immedjata kienet ir-reazzjoni ta’ xokk minn naħa ta’ dawk kollha li ħadmu miegħu u jafuh mill-qrib.

Net News hu nfurmat li Paul Anthony Formosa għamel ukoll perijodu bħala rappreżentant tal-ħaddiema f’isem il-UĦM.