Il-kumpilazzjoni kontra ulied l-ex Kummissarju tal-Unjoni Ewropea fuq ħasil ta’ flus jidher li se terġa’ tieqaf. Ulied Dalli, Louise Dalli u Claire Gauci Borda qegħdin jiffaċċaw akkużi ta’ ħasil ta’ flus, miżappropjazzjoni ta’ fondi, frodi, għamlu dikjarazzjoni falza lill-awtorita’ pubblika u l-falsifikazzjoni u użu ta’ dokumenti.
Persuni ta’ nazzjonalita’ barranija, Eloise Marie Corbin Klein, Charles Ray Jackson, Elizabeth Jean Jackson u Robert Mitchell Mclvor wkoll qegħdin jiġu mixlijin bl-istess akkużi.
Gauci Borda, hija separatament akkużata li kisret l-Att Dwar il-Ħasil ta’ Flus u li ffinanzjat l-Att dwar it-Terroriżmu u li naqset li tagħmel xogħolha b’mod professjonali u kif suppost bħala accountant u awditur.
L-Avukat Arthur Azzopardi li qed jidher għal Jacksons, qal lill-Maġistrat Aaron Bugeja li l-klijenti tiegħu mhumiex f’pożizzjoni li jwieġbu għal akkużi minħabba li għandhom kundizzjoni ta’ dimenzja avvanzata. Mhumiex intitolati għal kura f’Malta, iżda ntitolati fl-Istati Uniti, qal l-Avukat.
Huwa ppreċenta nota fejn spjega li l-Prosekuzzjoni qed tirrifjuta li tilgħab il-logħba kif suppost ma’ żewġ persuni morda. Aktar qabel il-Maġistrat Aaron Bugeja approva li kawża minnhom issir fir-residenza tagħhom għal raġunijiet loġistiċi, iżda din jidher li ma saritx.
L-Avukat Stephen Tonna Lowell, li qed jidher għal aħwa Dalli qal li l-istrateġija adottata mill-Prosekuzzjoni, ġejja jew mill-Avukat Ġenerali jew mill-Pulizija, kienet ħażina. “Li l-Pulizija tiġi fil-Qorti, sena wara li preżentat l-akkużi u l-fatt li l-Avukat Ġenerali ma kienx qed jaċċetta li jkun hemm is-separazzjoni tal-każijiet huwa inaċettabbli,” qal l-Avukat Tonna Lowell.
L-Avukat Stefano Filletti, li wkoll qed jidher għal bniet ta’ John Dalli, argumenta li hemm dritt għall-ġustizzja fi żmien raġonevoli. Il-Qorti kienet qed tkun prattika fix-xogħol tagħha biex issolvi l-problema tad-dewmien, imma minkejja l-aqwa sforz li qed isir minnha, hemm problema, fuq żmien raġonevoli,
Għaddiet sena minn meta l-akkużi saru b’mod ħollistiku fil-konfront tas-sitt akkużati, iżda ma sar l-ebda progress, bil-proċeduri mittiefsa minħabba l-fatt li Elizabeth Jean Jackson u Eloise Marie Corbin Klein, sa issa qatt ma deheru l-Qorti.
Sa mill-bidu, l-Avukat tagħhom Arthur Azzopardi, informal ill-Qorti, li waħda minn nisa kien irnexxielha tibqa’ tgħix wara li sofriet minn “stroke”, filwaqt li l-oħra kellha problema ta’ mobilita’, li timpediha milli tkun tista’ tattendi l-Qorti fiżikament. Issa kollox jindika li l-problema ta’ saħħa marret għal għar.
Fil-każ preċedenti fil-Qorti, l-Avukat tal-aħwa Dalli kienu urew it-tħassib tagħhom fuq il-fatt li l-proċeduri qegħdin itawwlu għal wisq żmien u dan għaliex il-Prosekuzzjoni ddeċidiet li l-akkużi tpoġġihom f’keffa waħda.
L-Ispettur Yvonne Farrugia, li qed tmexxi l-Prosekuzzjoni qalet, “li f’fan li stadju mhiniex ngħid li l-Avukat Ġenerali ma jridx jissepara l-akkużi, iżda li kien il-Kummissarju tal-Pulizija ħa dik id-deċiżjon,” Hija talbet żmien ġimgħa ċans biex tiġi regolata l-pożizzjoni tal-Prosekuzzjoni. Il-Qorti hawn laqgħet it-talba.
Il-Maġistrat Bugeja qal li hu ma jistax jagħmel talba għas-separazzjoni tal-ġudizzju, minħabba li din hija l-preogattiva tal-Avukat Ġenerali. “Frankament meta fid-digriet tal-15 ta’ Diċembru, aċċettajt li nisma l-każ fir-residenza ta’ Jackson, l-idea kienet li mhux li nwaqqaf il-proċess,” huwa qal.
L-Avukat Azzopardi qal li kien ċert li l-Ispettrur għamlet minn kollox li setgħet, imma jidher li minn naħa tas-superjuri tagħha hemm min għandu ras iebsa u li dan qed itellef il-progress f’din il-kawża.
L-Avukat Tonna Lowell qal li bħala riżultat ta’ din ir-ras iebsa, huwa u l-Avukat Filletti ma jistgħux jistgħu jibqgħu jassistu lill-klijenti tagħhom għax l-Avukati fil-Qorti ma jistgħux jmoru Buġibba kull ġimgħa għal kawżi. “Hija xi ħaġa cara li hemm xi ħadd, li ma jridx li ssir s-separazzjoni tal-każijiet. “Qed nibża, li klijenti tagħhom se jispiċċaw mingħajr avukat għax ma jridux joqgħodu jmorru Buġibba. Il-każ ikompli fit-18 ta’ Frar.
//= $special ?>