Il-problema tal-krijiet f’pajjiżna tkompli tikber, u dan kulħadd qed jirrealizzah.
Din id-darba kien imiss lill-editorjal tal-ġurnal l-orizzont illi insista li lllum il-ġurnata saret diffiċli ħafna jekk mhux impossibbli li tikri appartament b’inqas minn 500 ewro.
Għandna sitwazzjonijiet ta’ koppji li qed jispiċċaw immorru jgħixu man-nanniet jew f’postijiet li l-familja tagħhom tuża bħala velleġġatura. Dan mhux biss għax għolew il-kirjiet imma anke minħabba l-fatt li l-prezz tal-proprjetà għola ħafna. L-editorjal isostni li nofs il-paga li jaqilgħu diversi koppji qed jużawha biex iħallsu l-kera.
Qed ngħixu f’sitwazzjoni fejn qed jiġu reklamati kmamar żgħar b’numru ta’ sodod ħdejn xulxin biex jiġu mikrija…kamamar immirati għall-barranin – postijiet li qed ikunu mikrija mingħajr mistħija ta’ xejn.
Il-prezzijiet eżaġerati tal-kiri huma problema li qed taffetwa mhux biss il-faxex t’isfel tas-socjeta’ iżda anke l-middle class f’pajjizna…tant li issa, qed tgerrex ukoll ħaddiema barranin li jaħdmu f’ċerti setturi. Dan ikkonfermah Glenn Debattista – persuna li ilu jaħdem 14-il sena fl-industrija tal-Gaming, meta kien mistieden fil-programm 10Q.
Il-prezz tal-kirjiet sploda ‘l fuq fl-aħħar snin anke minħabba l-fatt illi l-Gvern imbarka fuq strateġija biex idaħħal f’Malta mat-13,000 ħaddiem barrani kull sena.
//= $special ?>
