Ħidma sabiex il-ħela tal-ikel ma tibqax in-norma. Investiment b’fondi tal-Unjoni Ewropea, b’kolaborazzjoni mal-EU LIFE FOSTER Project li jfisser tagħlim fuq kif jista’ jitnaqqas il-ħela tal-ikel.
F’konferenza tal-ahbarijiet fil-binja tal-ITS f’Ħal Luqa tħabbar dan l-investiment ta’ €1.6 miljun fl-edukazzjoni ko-finanzjajt mill-EU’s Life Financial Instrument… u numru ta’ kontributuri oħra fosthom ENAIP NET; fond li se jitqassam bejn l-Italja, Franza, Spanja u Malta.
Tkellimna ma’ Pierre Fenech is-CEO tal-ITS illi spjegalna aktar dwar din il-pjattaforma li qed tiġi żviluppata. Ħadna l-kumment ukoll ta’ Joe Tanti, CEO tal-Malta Business Bureu (MBB) fejn spjegalna x’qed jaspira li jikseb dan il-progett. Dan il-proġett infatti bejn dawn il-pajjiżi se jkunu qed jipparteċipaw fih 7000 ħaddiem, 500 għalliem 3000 kumpannija b’rabta mal-ikel u t-turiżmu, u kif ukoll numru ta’ professjonisti.
Fl-aħħar stħarriġ intwera li 70% tal-iskart tal-ikel fl-Unjoni Ewropea huwa ġej mid-djar residenzjali, filwaqt li 12% mir-ristoranti. Dan il-proġett qed iħares li mhux biss inaqqas il-ħela fl-istabbilimenti tal-ikel, iżda dan it-tagħlim imur lil hinn.
//= $special ?>