Lokali

Immersed tunnel – mina li tkun twila n-nofs ta’ dak propost

Il-Konsorzjoni tal-Link Permanenti bejn Malta Għawdex qed jimbotta l-quddiem l-idea li l-mina bejn Għawdex u Malta tkun tinkludi fiha metro.

It-tim tal-konsorzju jiġbor inġiniera, periti u ambjentalisti marittimi Maltin u huwa sostnut minn investituri privati u korporazzjoni.

L-għan tal-konsorzju hu li jipprovdi soluzzjoni li toffri possibbiltajiet ġodda biex tittejjeb il-konnettività bejn Malta u Għawdex.

Il-konsorzju jemmen li l-ahjar soluzzjoni ikun immersed tunnel – mina li tkun iqsar minn dak li hemm propost bhalissa, u tkun mahduma minn qabel.

Esperti madwar id-dinja jisħqu li l-immersed tunnel toffri vantaġġi kbar meta tiġi biex taqsam il-baħar għaliex jitlesta ħafna aktar malajr, huwa ħafna inqas perikoluż biex jinħadem u fost l-aktar siguri kontra t-terremoti.

Għall-pajjiżna dan il-metodu huwa ħafna aħjar għall-bosta raġunijiet, fosthom li l-mina tkun kważi n-nofs ta’ dik proposta issa.

Peress li l-mina tinħadem fuq l-art u kif hemm bżonn, ghandi jkun hemm 2 karreġjat fid-direzzjonijiet opposti. L-istruttura minnha nnifisha tagħti l-lok li fil-futur tgħaddi anki l-metro jew trasport simili.

Ta’ min isemmi ukoll li dan il-metodu jħalli lanqas impatt ambjentali possibli, fejn peress li l-mina tiġi ffabrikata barra minn xtutna se jiġu ffrankati mit-toroq tagħna  madwar 200 trakk ta’ ġarr ta’ terrapien kuljum.

Il-ħsieb hu li din l-idea titpoġġa għad-diskussjoni.