– Carm Mifsud Bonnici, PN
Id-deputat Nazzjonalista qal li għandhom jittieħdu azzjonijiet meħtieġa dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-iskandlu tal-ħruġ ta’ eluf ta’ visas mill-Konsolat Malti fl-Alerġija.
Hu tkellem fil-parlament dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-iskema tal-visa li kienu jinaħrġu mill-Konsolat Malti fl-Alġerija. Carm Mifsud Bonnici qal li jirriżulta li diversi visas kienu qed joħorġu b’mod irregolari u sfaċat bi ksur tar-regoli Schengen.
Kien hemm nies li ngħataw l-visa biex jiġu Malta u huma ħadu ajruplan mill-Alġerija għal Marsilja biex jiġu Malta iżda dawn baqgħu Marsilja u nqabdu f’attivitajiet irregolari f’dak il-pajjiż. Hemm kwantità ta’ nies li baqgħu Marsilja waqt li oħrajn suppost kellhom jieħdu korsijiet f’Malta iżda meta jiġu Malta jipprovaw isiefru f’postijiet oħra. Hu qal li kienu qed jintalbu ta’ 4,0000 Dinar u €2,500.
Flok ipprova jikkontrolla, il-Konsolat Malti ma jieħux azzjonijiet anzi jagħmel talba biex jitneħħa pulizija għaliex ma kien qed joħroġ il-visas. Minkejja dan il-Konslu ta’ Malta fl-Alġerija kien japprova l-visas meta l-Korp tal-Pulizija kien qed jgħid li ma kellhomx jinħarġu; hemm madwwr 500 minn dawn. Hemm ukoll 850 persuna fejn il-Konslu ċaħdilhom il-visa minkejja li ma kienx hemm raġunijiet validi.
Hu qal li biex infetħu l-konsolati nġiebu flus mill-UE u oriġinarjament kellhom jinfetħu konsolat fil-Brażil iżda għall-ebda raġuni infetħu konoslat fl-Alġerija. Xi ħadd fil-Konsolat kien qed jieħu l-flus għaliex hemm allegazzjonijiet ta’ nies fejn il-Konslu ħarġilhom il-visa iżda l-awtoritajiet Maltin bagħtuhom lura għaliex id-dokumentazzjoni kienet manifestament żbaljata. Jeħtieġ li dan ir-rapport ikun segwit, sostna Carm Mifsud Bonnici, li qal li l-Konslu kien redikolu meta qal li hu kien qed joħroġ dawn il-visas biex jgħin lill-Air Malta żżid il-passiġġieri.
Carm Mifsud Bonnici tkellem dwar l-problemi soċjali foshom il-kirjiet fejn hemm lublieba biex jiżdiedu l-kirjiet. Ftit huma n-nies li jistgħu jlaħħaqu. Hu kompla li Malta qed titlef il-kompetizzjoni għaliex il-kirjiet huma għoljin. Il-Prim Ministru qed jgħażel li jwarrab dawn il-problemi u qed jaħrab minnha.
Dwar id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru dwar il-pensjonijiet, Mifsud Bonnici qal li ma kinitx propju l-aħjar mod kif tkun indirizzata din il-problema meta l-Prim Ministru qal li l-pensjonijiet tal-Maltin jiddependu mill-ħaddiema barranin. Hu qal li jrid ikun ikkunsidrat li ħafna ħaddiema barranin qed ikunu sfruttati.
Id-deputat Nazzjonalista qal li għadu jingħata rimedju tajjeb lil dawk li jisnabu f’sitwazzjoni diffiċli.
Hu tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni tal-Venezwela u tratta l-problemi li dan il-poplu qed ikollu u appella biex l-elezzjonijiet ikunu liberi biex il-pajjiż jimxi ‘l quddiem għalei ma jistax jingħata appoġġ lil dittatur bħal Maduro.
//= $special ?>