Illum huwa Jum Dinji għal internet aktar sigur. It-tema għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ din is-sena hija Flimkien għal Internet Aħjar. Internet aħjar għal kulħadd, speċjalment għat-tfal u l-adoloxxenti, iżda mqassam fuq ħin b’bilanċ.
L-Ufffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal li jagħmel parti mill-Kampanja BeSmartOnline! flimkien ma’ numru ta’ għaqdiet u entitajiet oħra qal li jisnab kommess li joħloq internet aħjar, u li jiżdied il-ħarsien tat-tfal onlajn u li tiżgura li jevitaw l-abbuż li dan jaf joħloq.
Għal dan il-jum madwar id-dinja, inkluż Malta saru appelli biex il-ġenituri dejjem jagħtu każ ta’ dak li jaraw u kfitxxu t-tfal tagħhom fuq l-internet. Kif ukoll li jagħtu importanza li jgħallmu lil uliedhom li fuq l-internet mhux kull ma jleqq huwa deheb.
Huwa stmat minn statistiki internazzjonali li t-tfal u ż-żgħażagħ ta’ bejn it-8 u 28 sena jqattgħu 44.5 sigħat fil-ġimgħa quddiem xi forma ta’ screens diġitali, dan ħafna drabi jkun marbut mal-użu tal-internet. Dan miegħu iġib li numru ta’ fatturi neggativi, fost l-oħrajna l-obeżità, nuqqas ta’ rqad, ansjetà u dipressjoni.
Infatti bħala parti mill-Inizjattiva BeSmartOnline!, f’Malta sar fuljett għall-istudenti fl-iskola medja. Dan ilfuljett joffri ftit pariri lill-istudenti dwar kif jistgħu joħolqu bilanċ fuq l-internet u qed jiġu mħeġġa biex iqattgħu ħin mal-ħbieb u familjari u jaraw li jorqdu biżżejjed.
L-internet joffri ħafna opportunitajiet għat-tfal u aħna lkoll għandna nkunu attivi u nħeġġu lit-tfal jesploraw dawn l-opportunitajiet u jużaw it-teknoloġiji ġodda biex jiżviluppaw l-interessi u t-talenti tagħhom b’mod sigur.
//= $special ?>