Iż-żewġ persuni li sparaw u qatlu lill-Malti Paul Anthony Formosa fis-Somalja issa huma kkonfermati mejta.
Dan wara li fl-aħħar sigħat it-tieni żagħżugħ, li ma mietx fil-post imma kien qed jissielet għal ħajtu fl-Isptar, tilef ħajtu. Abdullahi Mohamed Ibrahim kien arrestat mill-forzi Somali iżda kien midrub b’mod kritika f’idejh.
Rapporti fil-midja Somala jindikaw li Ibrahim wasal f’Bossasso, fejn kien jaħdem il-Malti, jiem biss qabel sar l-attentat fuq ħajjet Formosa.
Il-grupp Al-Shabaab, li għandu affiljazzjoni mal-Al-Qaeda, immedjatament ħa r-responsabbiltà għal dan l-assassinju.
//= $special ?>AĠĠORNATA: Malti maqtul mit-terroristi; sparawlu f’suq tal-ħut