Lokali

Sentejn ħabs wara li attakka u fera gravi żewġ gwardjani tal-ħabs

Niġerjan ta’ 43 sena ġie kundannat sentejn ħabs u mmultat €5,000 wara li nstab ħati mill-Maġistrat Joe Mifsud, li meta kien qed jiġi eskortat minn żewġ uffiċjali tal-ħabs fl-uffiċċju ta’ Spettur tal-Immigrazzjoni, li ried ikellmu, huwa attakka lill-gwardjani u saħansitra gidem lil wieħed minnhom.

Il-Qorti ordnat li hekk kif jiskonta s-sentenza, jitkeċċa minn Malta.

L-Avukat tiegħu, Kevin Dingli informa lill-Qorti li kien se jappella l-każ. Il-Qorti minn naħa tagħha kkrtikat l-operat tad-Dipartiment tal-Immigrazzjoni fuq dan il-każ fejn qalet li hija kienet biss disa’ t’ijiem qabel man-Niġerjan kien se jiġi rilaxxat mill-ħabs u eventwalment jitkeċċa minn Malta.

Fl-10 ta’ April tas-sena l-oħra Joseph Feilazoo kien fi triqtu lejn iċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Safi biex jintbaghat lura pajjiżu. Feilazoo kien għadu kemm skonta sentenza ta’ ħabs ta’ għaxar snin, kien qed jitwassal id-depot biex iktar tard jittieħed Ħal Safi u eventwalment imur in-Niġerja.

Feilazoo dak inhar kien insista bil-qawwa kollha li mhux f’pożizzjoni li jitlaq minn Malta minħabba żewġ każijiet kostituzzjonali, fuq il-bażi li huwa ġie Malta bid-dokumenti kollha meħtieġa. Għaldaqstant in-Niġerjan kien spiċċa lura arrestat u eventwalment il-ħabs siegħat biss wara li huwa kien skonta l-għaxar snin ħabs.

Mill-provi rriżulta li ma kienitx faċli li wieħed jikkontrolla lin-Niġerjan. Huwa biex biss ma obdiex l-ordnijiet leġittimi tal-Pulizija, biex joħroġ mill-uffiċċju tal-Ispettur u jidħol fil-vann, iżda kien aggressiv ħafna, fejn anke rrifjuta li jiġi manettjat.

Huwa kien ukoll fiżiku ħafna, qalet il-Qorti, kif ukoll agressiv, tant li fuq is-CCTV camera jidher li meta daħal fil-vann tad-detenzjoni, l-karozza bdiet tiċċaqlaq minn naħa għal oħra. Ma jidhirx li kien hemm xi aggressivita’ minn naħa tal-Pulizija, anke jekk tefgħulu l-“pepper spray”, azzjoni li kienet leġġittma, minħabba l-mod kif beda jaġixxi.

Waqt din il-ġlieda Feilazoo anke qal lill-gwardjani, li jekk jibghatuh in-Niġerja, bl-eskora miegħu, dawn l-uffiċjali kienu se jmorru miegħu, imma ma jiġux miegħu. L-aħbar li huwa kien se jitkeċċa minn Malta wara li skonta s-sentenza ma tantx niżlet tajjeb man-Niġerjan, tant li inqalgħet ġliet mal-uffiċjali tal-ħabs. Huwa kien attakkahom waqt li dawn kienu għassa miegħu. Għaldaqstant huwa nstab ħati li ħebb, irreżista u li kiser il-paċi pubblika.

Feilazoo, kien tressaq il-Qorti bi spalltu marbuta u bi flokk mimli demm. Huwa kien għadu kemm tressaq il-Qorti wara li kienb skonta sentenza ta’ għaxar snin ħabs fuq traffikar ta’ droga. L-Ispettur Priscilla Caruana Lee mexxiet il-Prosekuzzjoni.