Għall-ħabta tas-7.30 sewwieq ta’ mutur kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Ħamrun.
L-inċident seħħ fi Triq Joe Gasan, il-Ħamrun, ftit ‘l isfel mill-Knisja tal-Kunċizzjoni. Għal xi raġuni li għadha mhux magħrufa jidher li kien hemm impatt bejn karozza tat-tip Toyota Hayes u mutur tat-tip Malaguti misjuq minn Taljan ta’ 28 sena residenti l-Ħamrun. Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 59 sena minn Ħal Luqa.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija kif ukoll ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Iktar tard huwa ġie ċertifikat li sofri minn ġrieħi ħfief.
//= $special ?>