Lokali

Aktar skoperti f’Għar Dalam

Bħalissa Heritage Malta qed taħdem fuq proġett sabiex Għar Dalam … is-sit magħruf bħala Ta’  Kaċċatura… u Borg in-Nadur, jingħaqdu f’attrazzjoni waħda. Dan ħabbru c-Chief Operations Officer ta’ Heritage Malta Kenneth Gambin waqt żjara li membri tal-media ghamlu f’Għar Dalam.

Matul skavar li qed isir minn nies professjonisti li jiffurmaw parti mit-tim ta’ Heritage Malta, qed jiġu skoperti aktar affarijiet ta’ valur storiku imprezzabli.

Fost l-oħrajn, instabet kamra mimlija fdalijiet ta’ ċaqquf u annimali li jmorru lura bejn 150-200 miljun sena. Din l-iskoperta ħarġet fid-deher waqt li kien qed isir xi tindif ta’ ħaxix ħażin, pjanti u bajtar.

Heritage Malta qed taħdem fuq 3 binarji importanti li jinkludu l-preservazzjoni….aktar viżibbiltà għall-Maltin u t-turisti…kif ukoll l-aċċessibiltà ta’ kull sit.