Lokali

Fix-xahar tal-Milied il-kummerċ naqas

Jekk dan suppost li huwa l-aqwa żmien, għal tal-ħwienet ma tantx jidher li huwa l-każ hekk kif rapport tal-Eurostat juri tnaqqis fil-bejgħ f’Diċembru li ghadda….meta mqabbel mal-bejgħ f’Novembru tal-istess sena.  Ir-rapport jindika lil Malta bħala l-pajjiż bit-tieni l-ikbar tnaqqis fil-bejgħ fost it-28 pajjiż tal-blokk.

It-tnaqqis fil-bejgħ kummerċjali mill-ħwienet f’Malta kien ta’ 1.9%…. dan fix-xahar meta l-ħwienet ikunu qed jistennew żieda fil-kummerċ minħabba l-Milied.

Dawn is-sinjali ekonomici iridu jinqraw ukoll fid-dawl tal-fatt illi l-Maltin qed jiffacjaw diversi realtajiet – pagi li mhux ilahhqu sal-ahhar tax-xahar, kirjiet gholjin, u zieda fl-gholi tal-hajja; fatturi li qed jaffetwaw anke lin-nies fis-settur tal-gaming…kif spjega ftit tal-jiem ilu fil-programm 10Q Glenn debattista, li hu espert tas-settur.

Sadanittant, jidher li ix-xejra ta’ tnaqqis fil-bejgħ huwa fenomenu li qed jolqot lill-pajjiżi kollha fl-Ewropa b’waqa’ medja ta’ 1.6%  – li hu inkwetanti hu l-fatt li t-tnaqqis f’Malta kien akbar mill-medja Ewropea.

Ekonomisti qed jindikaw li dan jista jkun il-bidu ta’ riċessjoni oħra fil-kontinent…dan anke fid-dawl tal-fatt li l-Ġermanja, li hija kkunsidrata forza ekonomika fil-bloc, kellha l-izgħar tkabbir fl-ekonomija tagħha għal dawn l-aħħar snin… filwaqt li l-Italja dahlet ufficjalment f’ricessjoni.