– Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius
Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius qal li ż-żieda fil-popolazzjoni permezz tal-barranin qed tikkaġuna pressjonijiet fuq il-poplu u fuq l-infrastruttura flimken ma’ sproporzjonalità fis-settur tal-kirjiet. Issa l-Prim Ministru qal ukoll li jekk ma jinġibux ħaddiema barranin il-pensjonijiet jistgħu jkunu f’riskju. In-numru ta’ nies li qed għixu fil-garaxxijiet qed jiżdied waqt li l-budget ftit li xejn joffri soluzzjonijiet għal dawn il-problemi għaliex dan hu gvern bla viżjoni.
Fil-parlament David Agius qal li fil-bwiet tal-ħaddiema hemm deficit għaliex fil-verità żdied il-faqar. Il-Gvern Laburista nesa’ l-meritokrazija. Il-familji mhux iħossuhom komdi jgħixu taħt gvern Laburista u qed imissu mal-faqar.
Il-permessi tal-bini ħerġin bla pjan u fl-aktar inħawi popolati tal-pajjiż u fl-istess waqt qed jiżdiedu l-familji bla dar u b’kundizzjonijiet diffiċli. Min tassew qed jgħix is-suċċess, staqsa David Agius, li semma’ kif il-gvern qed jisraq lill-poplu fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Hu semma’ d-diffikultajiet tal-għalliema u tal-istudenti li mhux jagħmlu eżamijiet minħabba n-nuqqas ta’ viżjoni ta’ dan il-gvern.
David Agius qal li l-gvern qed idaħħal it-taxxi tul is-sena fejn il-poplu hu milqut mill-għoli tal-ħajja. Tul l-2018 l-għoli tal-ħajja żdied b’1.5% skont l-istatistika iżda fir-realtà dan mhux il-kejl ġust. Kaġun ta’ dan, qed ibatu l-ħaddiema u l-familji Maltin. Għall-PN dawn m’humiex numri iżda nies li spiċċaw ibatu biex ilaħħqu mal-ħajja. Il-PN ma jridx ekonomija bbażata fuq iċ-cheap labour u l-prekarjat.
Il-gender pay gap żdied minn 7.7% għal 11% skont l-istatistika waqt li skont rapport tal-Kummssjoni Ewropea, Malta tinsab it-tieni mill-aħħar fin-nisa fil-bordijiet.
David Agius semma’ l-proċess tal-offerta tal-power station u r-rapport tal-NAO li wera kollox kien maħdum bizzilla b’uħud mill-esponenti tal-gvern jistgħanew bil-kbir. Il-Kummissarju tal-Liġijiet Franco Debono issa stqarr li Joseph Muscat hu l-aktar Prim Ministru korrott fl-istorja.
Kien stabbilit mill-NAO li l-Enemalta xtrat inqas meta l-prezz kien l-orħos u xtrat l-iżjed meta l-prezz kien l-ogħla. Kienu ħadmet bil-għaqel l-Enemalta kienet tiffranka l-miljuni.
Hu stamt li l-ispiża rikorrenti tkun żdiedet b’€1.5 biljun. Dawn huma ċifri allarmanti għax in-nefqa irduppjat.
David Agius qal li l-PN għandu viżjoni politika u qed jinsisti li bil-għaqal u bi ftehim ikun maħtur President li jgħaqqad lill-pajjiż. Jeħtieġ emendi fil-kostituzzjoni li jisirqu lil dawn il-pajjiż biex jintlaħaq ftehim għal kompromess għal titjib fil-kostituzzjoni tal-pajjiż. Jeħtieġ ir-rikonċiljazzjoni nazzjonali, sostna David Agius, li qal li jekk dan jsirx il-pajjiż jitlef il-boxxla nazzjonali.