– Hermann Schiavone, PN
Id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone semma’ d-diversi problemi li qed tiffaċċja l-komunità ta’ Birżebbuġa u qal li waħda minn dawn il-problemi kbar hi li fil-Qajjenza qed jinħadem il-heavy fuel oil.
Fil-parlamnet Hermann Schiavone qal li l-Ministru Joe Mizzi kien mistoqsi dwar impjant ta’ kumpanija privata u x’ħażna ta’ fuels qed tinħażen u tiġi mqassma minn din il-faċilità. Il-Ministru Mizzi kien evażiv fit-tweġibiet tiegħu jekk hux jinħażen heavy fuel oil, li dwaru l-PL tant għamel pressjoni u kien issejħilha fabbrika tal-kanċer. Hu qal li l-Ministru Mizzi jistħi jgħid li fl-impjant tal-Qajjenza qed jinħażen il-heavey fuel oil, bid-differenza li issa m’hemmx iċ-ċmieni ogħljin tal-power station. L-irwejjaħ fil-lokal ġejjin mill-impjant li hemm fil-Qajjenza.
Hermann Schiavone qal li hu staqsa diversi drabi lill-Ministru Konrad Mizzi dwar il-Freeport u x-shore to vessel supply biex ma jintużawx ġeneraturi iżda l-Ministru Mizzi qal biss li se jagħmel ġnien f’Wid il-Buni. Dan hu insult għaliex il-Ministru Mizzi mhux iwieġeb.
F’Birżebbuġa hemm problemi oħra ta’ ħut mejjet bil-Ministru Josè Herrera jwiegħed investigazzjoni u jikkonkludi li l-uffiċjali tad-Dipartiment ma setgħux isibu evidenza ta’ ħut mejjet. Din mhix serjetà, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-investigazzjonijiet għandhom isiru bis-serjetà.
Il-poplu ta’ Birżebbuġa għandu arja maħmuġa u rwejjaħ ta’ fuels bil-Ministru Konrad Mizzi jgħaddih biż-żmien. Birżebbuġa għandha diversi impjanti u proġetti fiha u dawn huma piżijiet fuq il-komunità. Il-heavy fuel oil qed jissaħħan fit-tankijiet tal-Qajjenza, li għandhom valve iżda d-dħaħen qed jispiċċaw għand in-nies. Illum hemm fabbrika tal-kanċer eqreb lejn in-nies.
Hu appella biex jittieħdu l-miżuri kollha biex in-nies ma jbatux. Il-Ministru Joe Mizzi kkonferma li l-kategorija ta’ żjut heavy fuel oil kollha jissaħħnu biex ikunu trasferiti. Dan ifisser li bilfors joħorġu l-affarijiet tossiċi fl-arja. Il-gvern għandu jara li n-nies ta’ Birżebbuġa jkunu protett għaliex l-irwejjaħ qed jinxtammu. Hemm nies li ma jistgħux jieħdu nifs bl-irwejjaħ. It-teknoloġija tippermetti li l-filters ikunu ta’ kwalità meħtieġa.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm duħħan ħiereġ minn vapuri mill-Free Port u appella biex tingħata garanzija lill-poplu Malti li qed isir monitoraġġ tajjeb biex ma jkunx hemm vapuri li jabbużaw u jużaw il-heavy fuel oil meta jkun fil-port.
Dwar l-operat tal-Free Port, hu qal li ġeneraturi tal-Free Port jibqgħu għaddejjn għal 24 siegħa. Dan hu sors ta’ tbatija u jikkaġuna ħsejjes kbar li ma jħallux lir-residenti jorqdu. Hu qal li l-Ministru Mizzi semma’ €31 miljun biex jitnaqqsu l-ħsejjes tal-apparat u qed jgħid li se jiżdiedu l-krejnijiet u apparat ieħor iżda dawn ma jagħmlux storbju!
Dwar il-bunkering, hu qal li qed isir bunkering f’Terminal 1 fejn mhux suppost isir bunkering.
Fl-2025 il-Free Port bilfors irid jaqbel għax-shore to ship supply iżda l-poplu m’għandux jistenna sitt snin oħra meta din it-teknoloġija teżisti.
Herman Schiavone ta l-kondoljanzi lill-familjari ta’ Joe Attard minn Ħaż-Żebbuġ li miet kaġun ta’ inċident marbut mal-piroteknika.
//= $special ?>