Il-Gvern mhux qed jieħu bis-serjeta is-sigurta’ tal-iskejjel. Dan qalu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt attivita’ politika f’Ħal Lija fejn tkellem dwar il-kwistjonijiet ta’ aggressjoni fl-iskejjel. Kważi 90% tal-għalliema kellhom esperjenza ta’ aggressjoni waqt xogħolhom. Huwa kompla jitkellem fuq il-problemi li għaddejjin minnhom l-għalliema fejn qed jirreżenjaw numru sostanzjali ta’ għalliema kull sena.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll dwar il-problema tal-Housing u kif il-Prim Ministru qed jgħid li huwa arroganti min jistenna li jkollu saqaf fuq rasu. Huwa stqarr kif illum nistgħu ngħidu li L-Partit Laburista falla f’dan il-qasam għax f’kemm ilu fil-Gvern m’għamel assolutament xejn.
Adrian Delia qal li Joseph Muscat qed jhedded lill-anzjani, li jekk ma jiġux il-barranin mhux se jieħdu l-pensjoni tagħhom u wkoll jgħid li din il-problema qed tiġi kkaġunata minħabba li l-anzjani qed jgħixu aktar.
Iżda l-Partit Nazzjonalista jemmen li l-anzjani għandhom ħafna x’joffru lis-soċjetà u se jkun qed jiggarantixxi li jgħixu ħajja diċenti wara li jkunu għamlu ħajjithom kollha jaħdmu u jagħtu l-kontribut tagħhom lill-pajjiż.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li s-sensiela ta’ direct orders tat-tindif f’San Vinċenz imorru kontra l-prinċipji ta’ governanza tajba fit-tendering għax-xiri ta’ servizzi pubbliċi. Huwa qal li kumpanija waħda li kellha għal perjodu qasir tingħata direct order għat-tindif, ingħatat b’€9 miljun fi tliet snin.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonaista qal li l-Gvern qed idaħħal il-pajjiż f’morsa bil-politika tiegħu li jkabbar l-ekonomija bil-popolazzjoni, għaliex min-naħa se jibqa’ jġib aktar barranin kull sena u min-naħa l-oħra aktar propjetajiet u l-kirjiet qed jogħlew. Adrian Delia qal li meta hawn min m’għandux saqaf fuq rasu, l-Gvern irid jagħti art pubblika bix-xejn għall-ispekulazzjoni u l-bini u qed jinsisti li jaħbi l-ftehim li kien iffirma fl-2015 mal-privat dwar l-iżvilupp ta’ żona strateġika f’San Ġiljan, u ma jridx jippubblikah.
Matul din il-ġimgħa, l-Partit Nazzjonalista ressaq proposti konkreti għall-qbiela u l-qasam agrikolu f’pajjiżna. Dr Delia sostna li minn dawn il-proposti jistgħu jgawdu ħafna nies u mhux il-ftit magħżulin.
Huwa temm id-diskors tiegħu billi ħeġġeġ lil kulħadd sabiex jagħti sehemu issas dalwaqt waslet l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u dik tal-kunsilli Lokali
//= $special ?>