Lokali

Il-katavru ta’ Paul Anthony Mifsud se jinġieb Malta

Il-katavru ta’ Paul Anthony Formosa se jkun qed jinġieb Malta mill-kumpanija li kienet tħaddem lir-ragel Malti fis-Somalja, il-P&O. Dan kien konfermat minn diversi sorsi hekk kif fl-aħħar 24 siegha hargu wkoll rapporti konflingenti dwar min verament qatel lil Formosa – jekk kienux il-militanti tal-Al Shabab jew sajjieda li jahdmu fl-istess port li kien imexxi l-Malti.

Dan il-qtil qajjem diversi reazzjonijiet foshom mid-Direttur tal-Istitut tal-Istudji Globali illi iddeskriva dan l-assassinju bhala “qtil bi stil mafjuż” u li jibgħat messaġġ lill-Emirati Għarab Magħquda.

F’kummenti li tat lill-media lokali, bint il-vittma stqarret kif missierha kien jgħin lill-ħaddiema tiegħu billi joffri pagi raġonevoli u żiedet tgħid li missierha kien jinsab is-Somalja legalment… għall-kuntrarju ta’ kif irrapportaw xi artikli fil-gazzetti internazzjonali.

Iż-żewġ persuni li sparaw u qatlu lill-Malti Paul Anthony Formosa fis-Somalja kienu kkonfermati mejta.

L-Erbgħa fil-fatt miet it-tieni żagħżugħ, li kien indarab serjament fil-post u ttiehed lejn l-Isptar ta’ Bossasso.

Wieħed mill-aggressuri wasal f’Bossasso jiem biss qabel sar l-attakk fuq ħajjet Formosa.

Hu u t-tieni agressur ippużaw bħala sajjieda biex daħlu fil-port, stennew lill-Malti jasal fil-post u fetħu n-nar fuqu waqt li kien sejjer lejn il-post tax-xogħol tiegħu.