Ambjent Lokali

Il-kriżi tal-iskart tal-kostruzzjoni tkompli teskala

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA) qed issejjaħ laqgħa importanti dwar l-iskart tal-kostruzzjoni għall-operaturi kollha fit-twaqqiegħ tal-bini u l-iskavar.

L-operaturi qed ikunu mħeġġa jattendu għal din il-laqgħa li se ssir nhar is-Sibt fid-9am f’lukanda f’San Pawl il-Baħar.

L-MDA qed tgħid illi dawk li għadhom m’humiex membri huma mistiednin li jattendu wkoll.