Dalgħodu, l-Kunsill tal-Ministri approva l-ftehim proviżorju dwar id-Direttiva tal-Bilanċ bejn il-Ħajja u x-Xogħol kif innegozjata mill-MEP David Casa. Dan hu pass ieħor ‘il quddiem biex din tidħol fis-seħħ bħala liġi tal-UE. L-aħħar fażi hi l-voti fil-Parlament Ewropew, l-ewwel fil-Kumitat tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u wara l-vot fil-Plenarja li mistenni jsir f’Marzu.
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa faħħar l-iżvilupp ta’ dalgħodu: “Qed nuru li hu possibbli li ndaħħlu liġiijiet ambizzjużi li jindirrizzaw sfidi soċjali fuq livell Ewropew. Biex nisfruttaw il-potenzjal ekonomiku tagħna, hemm bżonn politika u liġijiet li jirriflettu r-realtajiet tas-soċjetajiet tagħna. Ifisser ukoll li nassiguraw li l-ħaddiema jingħataw kull opportunità biex jilħqu l-potenzjal tagħhom. Id-Direttiva l-ġdida tal-Bilanċ bejn il-Ħajja u x-Xogħol għandha rwol importanti biex jintlaħqu dawn l-għanijiet fl-Ewropa, speċjalment f’Malta.”
Id-Direttiva l-ġdida tal-Bilanċ bejn il-Ħajja u x-Xogħol se tintroduċi 10 t’ijiem leave mħallas għall-missirijiet mat-twelid ta’ tarbija, xahrejn ta’ leave mħallas għal kull ġenitur li jista’ jintuża sakemm it-tifel jew it-tifla jgħalqu 8 snin, l-introduzzjoni ta’ 5 t’ijiem carer’s leave kull sena biex il-ħaddiema jieħdu ħsieb qraba li jkunu morda, u d-dritt li l-impjegati jitolbu għal arranġamenti ta’ ħidma flessibli.
//= $special ?>