Lokali

Imut wieħed mill-irġiel li kien inħaraq qrib il-Kamra tan-Nar ta’ Ħaż-Żebbuġ

Kmieni dalgħodu tilef il-ġlieda għall-ħajja wieħed miż-żewġt irġiel li nħarqu x-xahar li għadda waqt li kienu qed jiddisponu minn xi materjal pirotekniku biswit il-Kamra tan-Nar ta’ San Ġużepp f’Wieq Qirda, Ħaż-Żebbuġ.

Il-vittma hu Joe Attard magħruf bħala l-Ġermaniż. Hu kellu 58 sena.

Immedjata kienet ir-reazzjoni ta’ dieqa kbira espressa minn dawk kollha li tul is-snin ħadmu ma’ Joe Attard, partikolarment nies midħla tal-Każin De Rohan.

L-inċident kien seħħ is-Sibt wara nofsinhar, u ma’ Attard kien hemm ukoll żagħżugħ ta’ 26 sena – Matthew Borg – li issa qed jirkura.

Dwar dan il-każ għaddejja inkjesta Maġisterjali li qed titmexxa mill-Maġistrat Josette Demicoli, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija qed jitmexxew mid-distrett ta’ Ħal-Qormi.