Futbol Sport

Infantino l-uniku kandidat għall-Presidenza tal-FIFA

Il-President tal-FIFA Gianni Infantino kuntent b’kif qed taħdem is-sistema tal-Video Assistant Referee

Meta t-Tlieta f’nofs il-lejl ghalqu n-nominazzjonijiet ghal Presidenza tal-FIFA, l-uniku kandidat huwa Gianni Infantino.

B’nominazzjonijiet minn 211 pajjiz affiljat mill-konfederazzjonijiet kollha tal-FIFA huwa mistenni jkun ikkonfermat ghall-erba’ snin li gejjin waqt il-Kungress tal-FIFA li ghandu jsir f’Parigi fil-5 ta’ Gunju.

Ta’ 48 sena, avukat bi professjoni dahal fit-tmexxija tal-FIFA wara li f’Mejju 2015 tnehha Sepp Blatter minhabba s-serje ta’ akkuzi ta’ tixhim u korruzzjoni fit-tmexxija. Huwa dahal ufficjalment fil-kariga fi Frar 2016

Min issa sa Gunju, Infantino jkun irid jghaddi mill-iskrutinju ta’ eligibilita u integrita’ mill-Kummissjoni Etika tal-FIFA

Ghal Infantino l-isfida ewlenija ser tkun fl-2026 fl-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja bi 48 tim li ghandha ssir fl-Istati Uniti u l-Messiku bl-edizzjoni li jmiss tal-2022 fil-Qatar ghall-ewwel darba se ssir bejn Novembru u Dicembru.