Lokali

Iweġġa’ gravi waqt li kien qed jaħdem b’makkinarju

Raġel ta’ 60 sena sofra ġrieħi gravi hekk kif kien għaddej b’xi xogħol b’makkinarju ġewwa l-Freeport, f’Ħal Far.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.50 ta’ dalgħodu hekk kif għal xi raġuni li għadha ma ġietx iddeterminata ġie midrub.

Fuq il-post marru Pulizija tad-Distrett u tim mediku biex jassistu r-raġel, residenti Ħal Qormi. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza biex jingħata iktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.