Lokali

Jekk int allerġiku għall-glutina – oqgħod b’seba’ għajnejn

Jekk inti persuna allerġika għall-glutina evita li tnaqqar mill-pakkett tal-‘Jungle Sticks’.

Dan hekk kif id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika informa lill-pubbliku li l-kumpanija involuta avżat lid-Direttorat li kien hemm żball fuq it-tikketta tal-prodott.

L-iżball jinsab fuq il-pakketti tal-lott BKU GJ li jiskadu fis-6 ta’ Mejju, 2019.