Prim Ministru li qed juza kejl differenti fejn irid. Mal-familja Caruana Galizia juza t-theddid u jibqa’ għaddej bil-libelli, u fuq l-akkuza li hu l-aktar politiku korrott fl-istorja, juza’ l-frażi liberta’ tal-espressjoni.
Mistoqsi minn The Malta Independent dwar l-allegazzjoni li għamel fl-aħħar jiem il-Kummissarju għall-Liġijiet Franco Debono li Joseph Muscat hu l-aktar Prim Ministru korrott li qatt kien hawn f’pajjizna, il-Prim Ministru wiegeb biss bil-kliem “libertà tal-espressjoni”
Dan l-istess Joseph Muscat li lill-familja ta’ Daphne Caruana Galizia qed jgħidlhom li jew jaċċettaw ir-rapport tal-Maġistrat Aaron Bugeja dwar Egrant, jew jibqa’ għaddej bil-libell fil-konfront tagħhom. Dan meta huma MA RAWX dan l-istess rapport – bil-familja tinsisti li mhux se ċċedi għal dan ir-rikatt.
Dan il-fatt waħdu juri kif Muscat fejn irid qed juża riga differenti meta jrid jirribatti akkużi serjissimi.
Is-Sibt, il-Kummissarju tal-Liġijiet Franco Debono tella’ numru ta’ blogposts fejn fost l-oħrajn akkuża lil Joseph Muscat li hu l-aktar Prim Ministru korrott li qatt kellu pajjiżna. Dan il-blog tant qrawh persuni illi għal xi hin il-website waqgħet bit-traffiku ta’ nies li daħlu jaqraw dak li nkiteb.
Il-Kummissarju tal-Liġijiet qal illi Muscat l-ewwel għamel ħiltu kollha biex ma jiġux investigati dawk ta’ madwaru, imbagħad kellu l-wiċċ jiġi jgħid li l-allegazjonijiet ma ġewx pruvati fil-Qorti. “Mhux bilfors ma jigux pruvati jekk Joseph Muscat u sħabu għamlu minn kollox biex l-investigazzjonijiet ma jsirux!”
Franco Debono kien inħatar Kummissarju għal-Liġijiet mill-istess Muscat fl-2013. Fost dawk li servew f’din il-kariga kien hemm l-eks Prim Imħallef Giuseppe Mifsud Bonnici.
//= $special ?>