Lokali

”Konrad Mizzi m’għandux jiddiskrimina bejn il-ġurnalisti” – Il-Kummissjaru tal-Istandards

Konrad Mizzi ma jistax jibqa’ jistieden biss ġurnalisti li jagħżel hu.

Dikjarazzjoni iebsa li saret mill-Kummissarju tal-Istandards fil-Hajja Pubblika, l-avukat George Hyzler, wara li diversi gurnalisti fosthom tat-Times u l-Independent ilmentaw illi l-Ministru Konrad Mizzi ma kienx qed jistidinhom ghall-okkazzjonijiet li fihom jitkellem. Anzi, kien qed jistieden biss lill-media laburista u lix-Xandir Nazzjonali.

Dwar dan, kien iddahhal ilment formali – kaz li zviluppa fiz-zmien meta l-attenzjoni regghet kienet daret fuq Konrad Mizzi meta faqqa’ l-kaz 17 Black, u feġġ l-isem tad-Direttur tal-Electrogas bhala sid ta’ din il-kumpanija sigrieta. F’dan il-perijodu, il-Ministru Mizzi kien kontinwament qed jevita lill-gurnalisti.
Il-Kummissarju tal-Istandards kien kwotat jghid li l-Ministru Mizzi ma jistax jibqa’ ghaddej b’din il-prassi li “jaghzel” liema media jistieden.

Fid-decizjoni tieghu, George Hyzler stqarr illi l-mod kif kien qed jagixxi Konrad Mizzi kien qed iwassal ghal zbilanc, u jpoggi lil One u TVM f’zantagg.

Il-Kummissarju tal-Istandards insista li dawn il-manuvri diskriminatorji ghandhom jispiccaw, u l-Ministeru ta’ Konrad Mizzi ghandu jkun aktar trasparenti.