Lokali Parlament

Maltin fl-Iskozja diskriminati f’Brexit minħabba nuqqas ta’ informazzjoni

– David Stellini, PN

Id-deputat Nazzjonalista David Stellini qal li l-Maltin fl-Iskozja jinsabu diskriminati f’Brexit minħabba nuqqas ta’ informazzjoni.

Fil-parlament David Stellini qal li r-relazzjonijiet bejn ir-Renju Unit u l-UE jinsabu f’xifer l-irdum u ċ-ċittadin barranin li jgħixu fir-Reju Unit għandhom raġun jinkwetaw. Hu appella lir-residenti Maltin biex iċemplu 153 jew lill-Kummissjoni Ogħla f’Londra biex jiksbu l-informazzjoni.

Fadal tmien ġimgħat oħra fejn kważi żgur li r-Renju Unit ikun ħareġ mill-UE. Jidher li fid-29 ta’ Marzu 2019 ir-Renju Unti se joħroġ bla qbil mill-UE għaliex il-Parlamnet Ingliż ma aċċettax il-ftehim bejn il-Gvern Ingliż u l-UE.

L-Oppożizzjoni taqbel mal-pożizzjoni tal-Gvern Malti u anki mal-mod kif l-UE mexxiet in-negozjati. Hu qal li hemm ilment minn Maltin li jgħixu fl-Iskozja fejn hemm 980 Malti fl-Iskozja ida minkjja l-sifrozi kollha li saru biex jikkomunikaw mal-Gvern Malti ma kellhomx risposta. Hu staqsa jekk dawn il-Maltin hux se jkollhom dritt li jgħixu fl-Iskozja u qal li hemm probemi dwar il-miżati.

Dawn in-nies qed iħossuhom diskriminati u abbandunati. Importanti li ma jkunx hemm sitwazzjoni li fiha ma jkunux jistgħu isiru titjiret bejn Malta u r-Renju Unit f’każ ta’ Brexit mhux ordnat. Hu tkellem dwar il-problemi tal-mediċina, l-importanza tar-reċiproċità fil-kundizzjonijiet u appella lill-Gvern biex jibqa’ jappoġġja lin-negozjaturi. Hu appella biex isiru laqgħa mal-Maltin fl-Iskozja.