Fl-ewwel Budget tiegħu, Muscat kien wiegħed li se jagħmel 300 unit ta’ housing soċjali – dawn baqgħu fuq l-ixkaffa.
Sentejn ilu, kien wiegħed 640 unit b’nefqa ta’ 50 miljun. Dawn ukoll baqgħu kastelli fl-arja.
U issa, il-Prim Ministru qed jgħid li bl-istess ċifra – 50 miljun ewro – se jibni 500 unit tal-housing.
Minn dan kollu, l-uniku ħaġa vera hi li sa issa l-Gvern Laburista għadu ma bena lanqas appartament wieħed għall-persuni vulnerabbli li għandhom bżonn housing soċjali. Bil-waiting lista taħt Muscat tibqa’ aktar minn 3,000 – 3,000 persuna li qed jistennew post tal-housing.
Dan kif kien ikkonfermalna x-xahar li għadda s-segretarju Parlamentari Roderick Galdes.
U waqt l-iffirmar ta’ Ftehim bejn in-National Development and Social Fund u l-Housing Authority, kien Muscat stess illi ikkonferma li din il-waiting list effettivament żdiedet fl-aħħar 6 snin.
U fost il-pompa kollha li bihom tħabbru dawn il-50 miljun, il-Gvern reġa’ nesa lill-Għawdxin. Waqt dan l-iffirmar ġew imsemmijin il-postijiet kollha li fihom se jkunu qiegħdin jinbnew il-units tal-akkomodazzjoni soċjali iżda l-ebda lokalita’ Għawdxija ma ssemmiet.
Il-Prim Ministru ma tax ħjiel kemm se jkunu qiegħdin jingħataw units ta’ akkomodazzjoni soċjali din is-sena.
Intant, wara li ġie fi tmiemu l-iffirmar, il-Prim Ministru Joseph Muscat ma ħax mistoqsijiet tal-ġurnalisti… tant li telaq mal-ewwel il-barra minn naħa ta’ wara biex jevita li jiltaqa’ mal-media.
//= $special ?>