It-tim Franċiż ta’ Nantes qed jitolbu lil Cardiff sabiex joħorġu l-flus dovut lilhom għat-trasferiment ta’ Emiliano Sala.
Madanakollu, kelliema għall-klabb minn Wales saħqu li qabel ma jwettqu l-ħlas iridu jistennew li l-operazzjoni u l-investigazzjoni dwar il-mewt sfortunata tal-plejer Arġentin tintemm.
Nantes qed jitolbu sabiex l-ewwel pagament ta’ aktar minn €7 miljun isir mill-aktar fis sabiex fl-aħħar mill-aħħar jilħaq is-somma kumplessiva ta’ aktar minn €17-il miljun.
Madanakollu Cardiff qed jinsistu li għad hemm ħafna domandi li jridu jiġu mwieġba qabel ma jibdew iwettqu l-pagamenti.
//= $special ?>