Kuntistabbli tal-Pulizija ġie arrestat wara li instab li kien fil-pussess tad-droga.
L-uffiċjal ta’ 21 sena , stazzjonat fl-Għassa tal-Qawra, ġie arrestat nhar il-Ħadd li għadda fl-istadium tal-football f’Għawdex waqt l-logħba bejn Xewkija Tigers u Nadur Youngsters.
Hu ma kienx xogħol iżda kien mal-partitarji u kien qed fil-pussess ta’ sitt qratas tal-kokaina. F’ħin minnhom ġie segwit mill-Pulizija u xħin daħal fit-toilet ġie arrestat.
Wara li nħareg mill-istadium, saritlu tfittxija fil-karozza kif ukoll fid-dar fejn joqgħod.
Ż-żagħżugħ irriżenja mill-Korp u mistenni jitressaq il-Qorti akkużat bil-pussess tad-droga.
//= $special ?>

