Waqt laqgħa dalgħodu fi Brussell, il-Membru tal-Parlament Ewropew għal Malta u Għawdex, Roberta Metsola laqgħet l-impenn favur l-Ewropa tal-Kap il-ġdid tas-CDE Annegret Kramp-Karrenbauer.
F’kummenti wara l-laqgħa, l-MEP Metsola qalet “Is-Sinjura Kramp-Karrenbauer insistiet dwar l-impenn b’saħħtu tagħha għall-proġett Ewropew fi Brussell, u bħala l-Kap il-ġdida tal-Partit tas-CDU fil-Ġermanja, hi tkellmet dwar l-importanza tal-Ewropa li taġixxi bħala magħquda biex tiffaċċja l-isfidi globali li kull pajjiż u komunità fl-Ewropa qed jiffaċċjaw. Jien rajt li l-prospetti globali u favur l-Ewropea li għandha Kramp-Karrenbauer huma importanti f’dan iż-żmien ta’ populiżmu li dejjem qed jikber fl-Ewropa.”
“It-tħassib tal-Maltin u l-Għawdxin huma magħrufa, u aħna nibqgħu wieħed mill-aktar pajjiżi favur l-Ewropa, u se nibqgħu ninsistu li l-bidla li rridu naraw fl-Ewropa hi bbażata fuq ir-rispett għall-valuri fundamentali li aħna għandna bħala Maltin, Għawdxin, u Ewropej,” qalet Metsola.
F’Diċembru, Annegret Kramp-Karrenbauer ġiet eletta biex tieħu post il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel bħala l-Kap tal-Partit tas-CDU.
//= $special ?>