Il-pjan li wettaq il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern kien li jibni skola ġdida kull sena.
Mhux l-istess jista jingħad għall-Gvern preżenti, li mhux talli ma beniex skola kull sena, imma talli tant lanqas biss ħaseb fl-edukazzjoni, li qed ikollu jżid il-mobile classrooms f’għadd ta’ skejjel fin-nuqqas ta’ skejjel ġodda.
Dan ħareġ minn artiklu fit-Times of Malta li qed tirrapporta li f’min tal-anqas żewġ skejjel. Dik primarja ta’ San Pawl u dik Sekondarja fiż-Żejtun, se jiġu installati iktar mobile classrooms – fi kliem semplici, klassijiet f’kontejners moderni.
Dan kollu qed jiġri wara li tlett snin ilu kienu nstallati 8 mobile classrooms fl-iskola ta’ San Pawl il-Baħar biex itaffu il-problema, sakemm titlesta l-iskola tal-Qawra. Skola li nbdiet fl-2015, iżda din għadha ma tlestietx u jidher li lanqas sa Settembru ta’ din is-sena mhu se titlesta. U ghalhekk, il-Gvern hareg bl-idea brillanti ta’ dawn il-klassijiet temporanji, bit-tfal jispiċċaw jieħdu t-tagħlim taghhom f’kontejners sofistikati.
Din is-sitwazzjoni mhix waħda li żviluppat mill-lum għall-għada u l-Gvern ilu jaf li se jkollu problema bi spazju fil-klassijiet u f’ċertu skejjel. Madankollu, nies fil-qalba tal-Ministeru tal-Edukazzjoni stqarrew li l-Gvern qed jibqa sieket dwar din il-kriżi dejjem tikber, l-aktar f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ ffullar ta’ klassijiet, nuqqas ta’ riżorsi u decizjonijiet bla ħsieb.
L-istess sorsi qalu li teżisti possibiltà kbira li dawn il-‘mobile classrooms’ jiġu installati f’numru ta’ skejjel oħra hekk kif il-popolazzjoni tal-istudenti żdiedet drastikament.
Mistoqsijiet mibgħuta lill-Ministeru dwar dawn l-arranġamenti baqgħu mhux imwieġba.
//= $special ?>