Lokali

Taljan jindarab wara li waqa’ fid-Depot

Taljan residenti San Pawl il-Baħar kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ndarab fuq il-post tax-xogħol.

Il-każ seħħ fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija hekk kif kien qed jagħmel xi xogħol ta’ kostruzzjoni u għal xi raġuni l-vittma ta’ 50 sena waqa’ minn għoli.

Fuq il-post ġie msejjaħ immedjatament tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-barrani l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.