Lokali

TĦASSIB DWAR IT-TRAFFIKU ENORMI TA’ DROGA: Titwaqqaf 60kg kokaina b’valur ta’ €11 miljun

Arkivji

Qabda ta’ droga bil-valur fenomenali ta’ €11-il miljun.

Id-droga, 60kg ta’ kokaina b’purità ta’ 100%, nstabet moħbija f’kontejner wara suspett li tqanqal bir-rotta inslita li kellu jieħu. Il-kontejner telaq minn port fl-Amerika ta’ Isfel u waqaf Malta fi triqtu lejn il-lvant nofsani.

Skont id-dokumenti, il-kontejner suppost li kien qed iġorr 532 tank ta’ waterproofing compound, iżda uffiċċjali tal-Iscanning Team tad-dwana innutaw xi irregolaritajiet fl-istampi tal-iscanner. Meta ġew eżaminati dawn it-tankijiet, f’sitta minnhom instabu 6 pakketti b’forma ta’ paste b’total ta’ 60kg.

Din il-qabda qed titqies unika tat-tip tagħha.