Minkejja li f’Jannar, il-vapur MV Malita waqaf 3 ġimgħat milli jopera minħabba li ntbghat għall-manutenzjoni, l-istess vapur fil-jiem li ġejjien ser ikun qed jerġa’ jieqaf mis-servizz minħabba li għandu ħsarat fil-bieba.
Dan qed ikun ta’ inkonvenjent għal dawk kollha li jagħmlu użu mill-Gozo Channel minħabba li qed jinbidlu ta’ spiss il-ħinijiet tat-tluq tal-vapuri – inkonvenjent mhux biss ghat-turisti li jżuru Għawdex, iżda fuq kollox ghall-mijjiet ta’ Għawdxin illi ta’ kuljum jagħmlu dan it-tragitt bil-baħar.
Fi stqarrija li għamlet il-Gozo Channel, intqal li dan il-vapur mhux ser ikun qed jagħmel il-vjaġġi tiegħu mis- 6 ta’ Frar sat-Tlieta 12 ta’ Frar. Fi kliem ieħor, weekend sħiħ mingħajr is-servizz ta’ dan il-vapur.
Dan ifisser illi…minħabba li vapuri disponibbli huma 2, inbidlet l-iskeda tal-ħinijiet ta’ filgħodu sabiex tittaffa il-problema tat-traffiku minħabba n-nuqqas ta’ vapuri li ser ikunu qed joperaw. L-ewwel vjaġġ ser ikun qed jitlaq minn Għawdex fil-04.45 u jibqa’ johrog vapur kull 45 minuta.
Il-kumplament tal-vjaġġi ser jibqgħu joperaw skont l-iskeda, u dan ser jibqa’ fis-seħħ sakemm il-bastiment MV Malita jkun lura fis-servizz.
Ħafna Ghawdxin li tkellmu ma’ Net News qalulna illi l-Ministeru għal Ghawdex mhux talli ma gabx ir-raba’ vapur…talli anke fit-tlieta li għandna bħalissa qed inkomplu nġebbdu u nillapazzaw.
//= $special ?>
