Lokali

Żewġ ommijiet oħra jiżvelaw aktar il-verità xokkanti fil-Ħabs ta’ Kordin

Wara s-suċċess kbir tal-programm ‘Sorsi Infurmati’ tal-ġimgħa l-oħra fejn, fost l-oħrajn, iffukajna dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta u komplejna nikxfu aktar realtajiet moħbija – liema storja għadha ma ntemmitx – fil-programm ‘Sorsi Infurmati’ tal-lejla se niltaqgħu ma’ żewġ ommijiet oħra li għandhom familjari fil-Ħabs ta’ Kordin u li dawn se jiżvelaw aktar il-verità xokkanti u tal-mistħija dwar dak li qed jiġri fl-istess Ħabs.

B’qalbhom maqsuma dawn l-ommijiet se jwasslulna l-vera realtà fil-Ħabs issa li hemm Tmexxija ġdida fejn l-affarijiet marru għall-agħar u l-vittmi ma huma ħadd għajr priġunieri u l-familjari tagħhom.
Dawn l-ommijiet jitkellmu dwar kif it-Tmexxija tal-Ħabs timxi b’modi differenti mal-priġunieri li qed ibatu u li qed ikunu trattati b’mod xejn dinjituż… fosthom indirizzati bi kliem baxx, pastaż u mimli theddid.

Barra minhekk ‘Sorsi Infurmati’ l-lejla se jiffoka l-lenti tiegħu wkoll dwar dak li qed jiġri fl-industrija tal-majjali u se jitkellem ma’ protagonisti li għandhom ħobżhom mhedded.
‘Sorsi Infurmati’ illejla fid-9pm fuq NetTV.