Il-klabb tal-Premier League Ingliż, West Ham United, qed jinvestiga allegat attakk razzist fuq il-plejer Eġizzjan ta’ Liverpool Mohamed Salah waqt l-aħħar logħba tal-kampjonat bejn dawn it-tims fil-London Stadium, li spiċċat 1-1.
Fiċ-ċentru tal-investigazzjoni hemm filmat ta’ partitarju qed juża kliem aggressiv ‘b’ton razzist’ fir-rigward tal-Eġizzjan, li nqabad fuq filmat meħud minn partitarju ieħor waqt li kien qed iħejji biex jagħti korner. Hu rappurtat li l-kliem indirizzat lejn Salah mill-partitarju aggressiv kien intenzjonat għalih personali u bħala ‘żebligħ tar-reliġjon ( Iżlamiku) ta’ dan il-plejer’.
Il-klabb ta’ West Ham ħareġ stqarrija fejn esprima ‘tolleranza zero għal kwalunkwe forma ta’ aġir vjolenti jew abbużiv’. Id-diriġenti tal-Hammers wissew ukoll li beħsiebhom iressqu lill-pulizija d-dettalji ta’ kull partitarju li jidentifikaw bħala ‘ħati dwar dan l-abbuż’, bil-persuna jew persuni inkwistjoni jkunu projbiti milli jidħlu fil-London Stadium għal għomorhom.
Il-każ ta’ Salah kien l-aħħar wieħed ta’ diskriminazzjoni fl-isport li qed jingħata profil għoli — bl-entità Kick It Out tesprimi sodisfazzjon li l-klabb ta’ West Ham qed juri r-rieda li jidentifika lill-partitarju waqt li jieħu azzjoni konkreta rigward ‘l-aġir inaċċettabli tiegħu’.
//= $special ?>