Il-Malta Independent tal-Hamis irrappurtat kif il-Prim Ministru qed ikompli jimxi b’kejl differenti fejn jaqbillu, u jaġixxi b’modi kuntrastanti f’każi li huma simili għal xulxin. Dan wara li l-istess analizi saret anke l-jum ta’ qabel f’rapport ta’ Net News.
Fl-aħħar jiem, akkużat mill-Kummissarju tal-Ligijiet Franco Debono li hu l-iktar politiku korrott f’pajjiżna, il-Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara li Franco Debono għandu dritt għall-espressjoni ħielsa.
Iżda meta kellu akkużi simili mill-gurnalista Daphne Caruana Galizia, qabel inqatlet b’mod brutali, il-Prim Ministru fetaħ libelli kontriha.
Fl-aħħar jiem, anke l-Ministru Owen Bonnici deher skomdu u ħarab milli jwieġeb meta mistoqsi minn The Malta Indipendent jekk l-aġir tal-Prim Ministru hux kontradittorju.
Is-Sibt, il-Kummissarju tal-Ligijiet Franco Debono tella numru ta’ blogposts fejn fost l-oħrajn akkuża lil Joseph Muscat li hu l-aktar Prim Ministru korrott li qatt kellu pajjiżna. Il-Kummissarju tal-Ligijiet qal illi Muscat l-ewwel għamel ħiltu kollha biex ma jiġux investigati dawk ta’ madwaru mbagħad kellu l-wiċċ jiġi jgħid li l-allegazjonijiet ma ġewx pruvati fil-Qorti.
//= $special ?>
