Lokali

Il-Kap tal-PN Adrian Delia jżur lil Eddie Fenech Adami f’għeluq sninu

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia żar lill-President Emeritus u eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami f’għeluq il-85 sena tiegħu.

Akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Clyde Puli, u fil-preżenza ta’ uliedu, id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami u l-kunsillier tal-Partit Nazzjonalista f’Birkirkara Michael Fenech Adami, Adrian Delia ġedded il-memorji ta’ meta kien żgħir u kien jisma’ u jammira lil Eddie Fenech Adami jitkellem dwar il-libertà u l-ġustizzja f’pajjiżna.

F’kummenti lil Net News, Eddie Fenech Adami rringrazzja lill-Maltin u l-Għawdxin li awgurawlu f’dan il-jum speċjali, b’mod speċjali dawk li qed jikkontribwixxu b’risq il-maratona li għaddejja fuq Net FM, b’risq il-Partit Nazzjonalista.