Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Anna Felice ċaħdet argumenti preliminari li għamlu numru ta’ avukati favur il-kumpanija li taħdem il-kontijiet tad-dawl u ilma, l-Arms Ltd. dan dwar kif jista’ jitbiddel il-mod kif il-konsumaturi jirċievu l-kontijiet tagħhom.
Din id-deċiżjoni preliminari ngħatat wara li żewġ konsumaturi qegħdin jallegaw li l-kumpanija ARMS qed tibgħat kontijiet b’mod skorrett minħabba l-mod kif qed jiġi kalkolat il-ħlas. Għaldaqstant l-argumenti preliminari tal-ARMS li dak li qed jiġġieldu għalih żewġ konsumaturi huwa null, kien miċħud mill-Qorti.
Kif ilu jgħid il-Partit Nazzjonalista l-mod ta’ kif qed jinħadmu l-kontijiet tad-dawl u ilma huwa metodu skorrett u ż-żewġ konsumaturi li għalihom qed tidher l-Avukat Maxilene Pace, f’kawża li kienu fetħu f’Novembru tal-2017, dawn qegħdin jgħidu li l-ARMS qed titlob lill-konsumaturi biex iħallsu l-kontijiet fuq sistema ta’ pro rata, kalkulat fuq perjodu ta’ sena.
Dawn qegħdin jgħidu, li mhux suppost iseħħ, għaliex kond l-Avviż Legali 545.01, propjeta’ residenzjali jridu jkunu suġġetti għal tariffa bażata fuq konsum annwalio akkumulattiv. Dan jista’ jiġi kalkulat fuq bażi pro rata, skont li skala stabbilita bil-liġi, kif ukoll il-ħtieġa li kompjutazzjoni eventwali għandha ssir biex tirrifletti l-konsum attwali annwali u li jiġi riofondut kull ammont aktar milli suppost li jkun tħallas. Il-konsumaturi argumentaw li l-ebda rikonċiljazzjoni qatt intbagħet f’dan is-sens.
Dan il-każ qed jiġi qed jiġi segwit u osservat fiċ-ċrieki legali u kważi kullimkien minħabba l-fatt li jista’ joħloq ċaqliet kbir. Jekk il-kontijiet tad-dawl u ilma ta’ kull konsumatur f’Malta qegħdin jiġu kalkulati b’mod skorett, ir-riperkussjonijiet ikunu diffiċli biex wieħed jikkalkulhom.
Fir-risposta tagħha l-ARMS qalet li t-talba li saret miż-żewġ konsumaturi hija waħda nulla, fejn argumentat li għandha diversi azzjonijiet konflinġenti u differenti. Madankollu l-Qorti tkellmet b’mod differenti fejn qalet, “L-applikanti qed jinsistu li ARMS Ltd qegħdin jikkalkulaw il-kontijiet b’tali mod li l-liġijiet regolatorji mhumiex qegħdin jiġu rispettati. L-għan tagħhom huwa wieħed ċar u l-kumpanija ARMSA Ltd jidher li diġa fehemithom tant tajjeb li l-provi diġa esebiti qegħdin jiġu nnutati mill-kumpanija li donnha diġa qed tieħu l-passi wara d-diversi lmenti li saru.
L-ARMS argumentat ukoll li l-każ ma kellux jiġi quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili minħabba lin jaqa’ taħt il-kompetenza esklussiva ta’ tribunal speċjali li jieħu ħsieb l-ilmenti dwar il-ħlasijiet. Il-Qorti iżda ma taqbilx, għaliex l-għan finali tal-applikanti ma kienx il-kalkulazzjoni tal-kontijiet iżda li r-regolamenti dwar il-mod kif jiġu kalkulati l-kontijiet huwa ħażin. Il-Qorti għalhekk filwaqt li ċaħdet it-talbiet tal-ARMS ordnat biex il-każ ikompli skont il-merti.
//= $special ?>