Is-Sibt se tingħata l-ahħħar tislima lil Joe Attard; ir-raġel li tilef il-battalja mal-mewt nhar l-Erbgħa wara li fis-26 ta’ Jannar inħaraq qrib il-Kamra tan-Nar ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Il-korteo se jitlaq mill-Kappella ta’ Santu Rokku fis-1.45, u jgħaddi minn Triq il-Kbira fi triqu lejn il-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ …bil-funzjoni tibda fis-2.30.
Wara l-quddies, it-tebut jgħaddi minn quddiem iż-żewġ każini tal-banda f’Ħaż-Żebbuġ fi triqtu lejn iċ-ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesù fl-istess lokalità.
Waqt kollegament telefoniku fil-programm Net Live, is-Segretarju tal-Każin San Ġużepp, Banda De Rohan Frank Borg irrefera għal Joe bħala ikona tar-raħal tagħhom… bniedem b’devozzjoni kbira lejn San Ġużepp. Dak kollu li kien jagħmel, kien jagħmlu mill-qalb mingħajr ma jistenna xejn lura. Joe kien deskritt bħala xempju tal-irġulija.
Frank sostna li kien inċident sfortunat li qatt f’mitt sena ma kienu qed jistennew li jseħħ, għax dak il-ħin li seħħ l-inċident, Joe ma kienx qed jaħdem in-nar imma kien qed jiddisponi minnu.
//= $special ?>