Fl-aħħar sitt xhur tas-sena l-oħra, Trasnsport Malta ħarġet madwar ħames miljun ewro f’direct orders u pagamenti oħra. Dan kien żvelat mill-ġurnal Times of Malta.
Skont il-Ministeru tal-Finanzi, id-direct orders għandhom ikunu limitati u jiġu użati biss f’każ ta’ emerġenza. Madanakollu Transport Malta għamlet mijiet ta’ pagamenti fi provisti u servizzi, li ġew akkwistati minn kuntratti li setgħu kienu miftuħa għal kulħadd.
Ġie innutat li ħafna mis-servizzi kienu akkwistati minn Transport Malta permezz ta’ kumpaniji li kellhom konnessjoni mal-amministrazzjoni Laburista.
Wieħed mill-persuni li bbenefikaw minn dawn id-direct orders huwa l-preżentatur tal-media Laburista Karl Stagno Navarra, li tħallas is-somma ta’ 21,000 ewro minn Transport Malta għal xogħol ta’ konsulenza fil-media. Stagno Navarra kien ingħata impjieg fil-Malta Enterprise meta l-Partit Laburista tela’ fil-Gvern fl-2013.
Transport Malta tat ukoll ngħata direct order ta’ madwar 6,000 ewro lill-media Laburista; flus li marru fi ħlasijiet għal avviżi fuq ir-radju tal-istess Partit.
Festivals Malta rċeviet is-somma ta’ 35,000 ewro minn Transport Malta sabiex jittella’ l-avveniment tal-massa Tomorrowland.
Is-sena l-oħra l-GWU tħallset 26,000 ewro f’pagamenti relatati ma’ xogħol li sar f’parti mill-uffiċini li għandhom fit-torri ta’ Raħal Ġdid faċċata taċ-Ċimiterju tal-Addolorata. Dan apparti l-ħlas ta’ nofs miljun li jsir kull sena lill-GWU minn Transport Malta għall-kiri ta’ din il-binja.
Il-lista kollha ta’ direct orders li saru minn Transport Malta tinkludi l-operaturi tal-Malta Public Transport, kif ukoll il-PBS.
//= $special ?>