Tomas Repka, l-eks difensur ta’ West Ham United u r-Repubblika Ċeka, kien ikkundannat 15-il xahar ħabs wara li naqas li jirritorna l-flus li qala’ mill-bejgħ ta’ karozza lussuża li ma kenitx proprjetà tiegħu.
Repka, li rtira mill-futbol u li llum għandu 45 sena, qed jappella mid-deċiżjoni tal-qorti u wara li hu, is-sena l-oħra, kien weħel sitt xhur priġunerija talli rreklama servizzi qarrieqa fuq l-Internet għan-nom tal-eksmara tiegħu.
Filwaqt li dik is-sentenza kienet inbidlet għal waħda ta’ xogħol ( servizz) fil-komunità, mistenni li Repka, ‘din id-darba’, se jispiċċa l-ħabs fuq frodi, wara li hu kien kera vettura lussuża li, imbagħad, biegħha lil mara għal aktar minn 85,000 ewro.
Repka kien wiegħed biex jirritorna l-flus f’każ li l-bejgħ kellu jibqa’ mhux konkluż iżda ma żammx kellmtu – bil-qorti fi Praga ssir taf li ‘dik il-mara kienet baqgħet b’xejn’.
Tul il-karriera tiegħu, Repka lagħab ukoll ma’ Fiorentina, fis-Serie A Taljan u ma’ Sparta Praga fir-Repubblika Ċeka.
//= $special ?>